Qatt ma hu ħin tajjeb biex jiddiskuti issues relatati mal-omosesswalità
Updated: Sep 21
Għal Simon Busuttil id-drittijiet ċivili huma non issue. Għalih qatt ma kienu issue u dejjem jara kif jevita milli jitkellem dwarhom. Waqt id-diskussjoni li saret il-bieraħ minn Nisa Laburisti, il-Prim Ministru kellu mistoqsija dwar iż-żwieġ bejn koppji gay u rrispondiha. Qal li fl-opinjoni tiegħu il-pajjiż huwa fi stadju matur biżżejjed biex jibda jiddiskuti jekk għandux ikun hawn żwieġ bejn koppji li huma gay.
Billi d-drittijiet ċivili m’humiex importanti għall-PN, u għaliex bħalissa moħħu f’Konrad Mizzi, Simon Busuttil malajr mar fuq ir-radio, f’intervista li ma kienetx ippjanata, biex jgħid li din id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru għamilha biex jiddevja l-attenzjoni minn fuq Konrad Mizzi. Vavata. Għandikun ħaseb li x-xogħol tal-gvern waqaf.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni llum m’għandu l-ebda kredibiltà dwar drittijiet ċivili, hekk kif mhux biss baqa’ gallarija fuq il-vot tal-Unjoni Ċivili, mhux biss dam numru ta’ jiem biex ħareġ jgħid li ma jaqbilx mat-terpija ta’ konverzjoni meta hija xi ħaġa
no-brainer
, iżda issa qed jgħid li dan kollu huwa
non-issue
u devjazzjoni.
Jiddejjaq jitkellem fuq dak kollu li għandu x’jaqsam mal-omosesswalità meta mhux suppost għandu jkollu problema għaliex qed jittama li jkun gvern alternattiv.
Comments