Qed jippruvaw jgħattu korruzzjoni ta’ €150 miljun
Updated: Sep 21
L-isptar Mater Dei huwa l-omm ta’ kull skandlu. Sbatax-il sena ta’ stejjer u għadha ħierġa l-informazzjoni skandaluża. Illum nafu li biex ikun irranġati d-difetti strutturali tal-isptar, il-poplu Malti se jkollu joħroġ €150 miljun oħra.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qed jipprova jiskredita r-rapport tal-inkjesta dwar il-Mater Dei biex jiddefendi l-għaġir ta’ Louis Galea, ex Segretarju Ġenerali tal-PN fis-snin tmenin, ex Ministru u fil-prezent qiegħed membru fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Louis Galea kien f’tandem ma’ Richard Cachia Caruana fis-snin tmenin meta l-PN kien għamel il-kampanja tad-diżubbidjenza ċivili. It-tnejn li huma, llum ukoll qegħdin ma’ Simon Busuttil f’din il-kampanja goffa u qalila intiża biex toħloq tensjoni żejda fil-pajjiż bil-għan li tinħoloq inċertezza biex jattakkaw l-ekonomija.
Comments