Qed jistenna s-siegħa w il-mument għal mass meeting
Updated: Sep 21
Ċensu Galea qed jistenna bil-ħerqa li jasal nhar il-Ħadd ħa jmur jipprotesta. Jistenna s-siegħa w il-mument li jmur jipprotesta kontra l-korruzzjoni għax meta hu kien Ministru u taħtu kellu t-traport ma seta’ jagħmel xejn.
Kien ammetta li ma seta’ jagħmel xejn. Qabel l-elezzjoni tal-2008 kien instema’ recording tiegħu jitkellem dwar għanqbuta fl-ADT.
Dak li hemm ħdejh qisu qiegħed jikkonslaħ ukoll baqa’ ċass quddiem allegazzjonijiet dwar ħruġ ta’ Visas meta kien Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Intern fi żmien Carm Mifsud Bonnici.
Imissu jgħid kelmtejn dwar kif tiġġieled il-korruzzjoni.
Comments