Qed tħawwad, ma tafx id-differenza bejn testijiet u operazzjonijiet
Updated: Sep 21
Ix-Shadow Minister ta’ Simon Busuttil qed tkompli tħawwad biex tiġġustifika ċ-ċuċata li qalet il-ġimgħa l-oħra, li taħt il-Labour in-nies qed jimirdu iktar. U kompliet tħawwad u tgerfex aktar għax uriet li ma tafx x’inhi d-differenza bejn testijiet u operazzjonijiet.
Claudette Buttigieg qed tgħid li man-numru ta’ operazzjoni li kkwota l-gvern hemm ukoll l-ammont ta’ testijiet li saru, bħall-MRI per eżempju.
Tajjeb li Claudette Buttigieg tkun taf li testijiet bħalma huma tal-MRI m’humiex operazzjonijiet. Jista’ jkun xi ħadd mit-tobba li hemm fil-PN jispjegala d-differenza jekk jgħoġbok?
In-numru ta’ testijiet tal-MRI li saru s-sena li għaddiet kien ta’ 20,000 waqt li fl-2008 saru 5,000.
Fl-2008 saru 17,000 ultrasound filwaqt li s-sena li għaddiet saru 33,000 test tal-ultrasound. F’dak li jirrikwardja operazzjonijiet tal-kataretti telgħu minn 1,000 fl-2008 għal 3,800 għall-2015. Filwaqt li l-colonoscopy minn 2,500 fl-2008 telgħu għal 5,200 fl-2015.
Surgical operations saru;
Total 2015: 52,889, up by 3% (1,358) from 2014
2015
Electives: 45,285
Emergency: 7,604
2014
Electives: 43,702
Emergency: 7,829
Difference between 2014/2015
Electives: +1,583
Emergency: – 225
Din qed tippretendi li sentejn oħra tkun il-Ministru ta’ Simon Busuttil li tieħu ħsieb is-saħħa. Bis-serjeta jew?
Comments