Qerq, ideat u tattiċi antiki u falluti ta’ Richard Cachia Caruana
Updated: Sep 21
Ir-residenti ta’ Birżebbugia irċevew leaflet bl-impressjoni li bgħatu l-Partit Laburista. Il-faċċati ta’ quddiem u wara huma ħomor u fin-nofs impressjoni tat-tanker tal-gass li mistenni jissupplixxi l-gass lil power station il-ġdida.
Dawn huma tattiċi u ideat falluti ta’ Richard Cachia Caruana li ntużaw f’kull elezzjoni partikolarment fl-elezzjonijiet tal-1996 u 2013. Iż-żewġ elezzjonijiet intilfu mill-PN.
Li kienu l-PN ma webbisx rasu u kontra l-partit ta’ kulħadd ma għamilx il-power station Marsaxlokk, kieku llum mhux qed nitkellmu fuq tanker tal-gass.
Wieħed ukoll jifhem li l-PN ikun kontra l-użu ta’ power station li taħdem bil-gass għaliex għalkemm fl-2006 kienu ddeċidew fil-kabinett li Malta għandha tuża gass għall-enerġija tagħha, id-deċiżjoni qatt ma daplet fis-seħħ għax kien hemm min jaqbillu li jibqa’ jħaddem il-power station bil-heavy fuel oil għax kien qed idaħħal eluf ta’ ewro.
Ma ninsewx li fost dawk li hemm akkużati fil-Qorti bil-korruzzjoni fix-xiri taż-żejt hemm minnhom li kienu jagħtu d-donazzjonijiet lil PN.
Taf x’misshom bgħatu fid-djar tar-residenti ta’ Birżebbugia?
Misshom bgħatu fuljett fejn fih jgħidu, jien Simon Busuttil u jien naqbel mal-espansjoni tal-Freeport u bħala ritratt jagħmlu kontejner wara l-parapett tad-djar li hemm viċin il-Freeport.
L-akbar rigal ta’ Joseph Muscat hija l-ekonomija b’saħħitha li dan il-gvern irnexxilu jibni fl-ewwel tliet snin tiegħu biex sewwa ħafna mill-ħsara li saret f’amministrazzjonijiet konsekuttivi Nazzjonalisti li kienu iktar interessati f’buthom milli f’li joħolqu l-ġid.
Comments