Qiegħed veru gravi, se jniżżel lin-nies fit-toroq
Updated: Sep 21
Se nerġgħu nibdew bin-nies fit-toroq. Min kien qatt jgħaddilu minn rasu li l-PN se jniżżel lin-nies fit-toroq, daqs kemm huma puliti kif se jmorru jipprotestaw! Irrid nara kif se tkun din il-protesta …
Ghamilha protesta nazzjonali biex tkun tista’ tattendi Giovanna Debono wkoll. Aktarx tkun ma’ żewġha wkoll.
Ann Fenech sejra tipprotesta, għax taħt dan il-gvern ma ħaditx aktar konsulenzi.
George Pullicino sejjer jipprotesta għax m’għandux iktar persons of trust li jista’ jimpjega.
Jason Azzopardi sejjer jipprotesta għax m’għadux jista’ jindaħal lid-Dipartiment tal-Artijiet.
Francis Zammit Dimech se jmur jipprotesta għax m’għadux jonfoq mitt ewro petrol fil-ġimgħa minn fuq dahar il-poplu.
Beppe Fenech Adami se jmur jipprotesta għax se jilħaq jgħaddi wisq żmien qabel ma jilħaq mexxej.
Mario de Marco se jmur għal protesta għax bilfors.
David Thake jmur għal protesta għax twaqqaflu l-kuntratt tal-Wifi mill-ITS.
Ivan Bartolo se jmur jipprotesta għax dan il-gvern korrott sablu impieg
Noel Buttigieg Scicluna sejjer jipprotesta għax inqatawlu r-retainers kollha li kien jieħu minn fuq dahar il-poplu fil-bordijiet li kien appuntat fihom.
Claudette Buttigieg sejra tipprotesta għax għadha ma qabditx art fil-qasam tas-Saħħa.
Antoine Borg se jipprotesta għax hawn ħafna turisti
Tonio Fenech se jipprotesta għax ilu ma jaqla’ rigal.
Comments