top of page

Qraba ta’ Simon Busuttil jaqilgħu l-inkwiet f’Xarabank u barra l-Qorti

Archive
Apr 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Żewġ persuni li qalgħu l-inkwiet barra l-Qorti u waqt Xarabank huma qraba ta’ Simon Busuttil. F’żewġ inċidenti separati il-qraba ta’ Busuttil ippruvaw iħebbu għal ġurnalisti u jew uffiċjali fil-Ministeru ta’ Owen Bonnici.

L-Erbgħa qabel bdiet tinstema l-kawża li Pietru Pawl Zammit fetaħ kontra Jason Azzopardi, Duminku Attard magħruf bħala il-Gidi minn Tal-Pieta’ agredixxa lil ġurnalista Aleander Balzan li kien qed jipprova jagħmel mistoqsija lil Simon Busuttil.

Attard inqabad fil-filmat iħebb għall-Kap ta’ One News u jipprova jgħatih bil-ponn.

Il-Ġimgħa filgħaxija, Charles Zammit ipprova jħebb għal tfajla, Dorothy Falzon li taħdem fil-Ministeru ta’ Owen Bonnici.

Duminku il-Gidi Attard huwa il-kuġin ta’ omm Simon Busuttil u huwa wkoll missier Adolf, ix-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Biex tkun tal-eta’ ta’ Attard u ssemmi t-tifel Adolf, jgħid ħafna dwar il-karattru tal-persuna,

Waqt li Chalie Zammit, huwa miżżewweġ lil kuġina ta’ Simon Busuttil. Marie Claire Zammit li hi wkoll kunsilliera tal-PN f’Birkirkara.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page