top of page

Raqad u ma ndunax li x-xogħol kien diġa’ sar

Archive
May 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Min jorqod ma jaqbadx ħut u lanqas jinduna li jkun hemm xogħolijiet li jkunu saru! Id-Deputat Nazzjonalista Antoine Borg ried joħroġ ta’ hero man-nies ta’ triq Ġorġ Borg Olivier, iżda stenbaħ tard għax kif jidher mir-risposta li ta l-Prim Ministru għal interpellanza li għamel, il-ħsarat kienu rranġati qabel ressaq id-domanda fil-Parlament.

Din hija l-mistoqsija u t-tweġiba;

L-Onorevoli ANTOINE BORG staqsa lill- JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru):

Jista’ l-Prim Ministru responsabbli mill-enerġija jieħu azzjoni minnufih sabiex id-dwal fi Triq Ġorġ Borg Olivier, ir-Rabat, Malta li ilhom mitfija għal diversi ġranet jiġu rranġati mill-ħsarat li għandhom?

Tweġiba:

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat illi l-Enemalta plc rċeviet l-ewwel rapport dwar il-ħsarat imsemmija fil-jiem li għaddew u

sad-data li daħlet din il-mistoqsija, l-imsemmija ħsara kienet diġa’ rranġata.

L-Enemalta plc tixtieq tfakkar li diffikultajiet jew ħsarat dwar id-dawl fit-toroq u f’postijiet pubbliċi, iridu jiġu rrapurtati lill-Kunsilli Lokali responsabbli mill-inħawi kkonċernati. Meta l-Kunsilli Lokali ma jkunux jistgħu iwettqu t-tiswijiet huma stess, dawn jikkuntattjaw lil Enemalta plc permezz ta’ proċedura stabbilita’ biex tingħata l-għajununa mill-aktar fis.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page