top of page

Ritratt wieħed jiswa daqs elf kelma

Archive
Apr 28, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Dan ir-ritratt jissimbolizza dak li għaddej minnu l-PN bħalissa. Simon Busuttil iħambaq, u ta’ madwaru?

Wieħed rieqed, xeba’ jisma’ u flok iħammel mnieħru u jieklu, ntefa’ jorqod. Oħra mdejqa tħares fil-vojt. Waħda donnu qegħda ftit attenta imma mill-espressjoni ta’ wiċċha mqarras qisu li jew m’hijiex tifhem inkella qed tipprova tagħti l-impressjoni li qed tifhem, iżda għandha geddum sal-art.

Hemm ieħor fuq wara, jiċċassa sforz il-frustrazzjoni li għandu għax ma jistax jidra fl-Oppożizzjoni. U Beppe Fenech Adami qisu qiegħed fil-waiting room u qed jaħseb x’se jgħid la jkun imiss lilu biex ipoġġi fis-siġġu ta’ ħdejh.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page