Robert Arrigo għamel allegazzjonijiet foloz
Updated: Sep 21
Fil-jiem li għaddew kien hemm sentenza fil-Qorti li fiha ingħad li Robert Arrigo għamel allegazzjonjiet foloz fil-konfront tal-Avukat Joe Mifsud, ex President tal-MFA. Il-każ imur lura għat-8 ta’ Mejju 2005 meta dak in-nhar is-Sliema kienu rebħu l-kampjonat tal-football u meta ġew għall-preżentazzjoni tat-tazza, Robert Arrigo, il-President tal-klabb ippretenda li t-tazza jeħodha hu flok ic-captain tat-team Noel Turner.
L-Avukat Mifsud irrifjuta li jgħati t-tazza lil Arrigo u kif kienet f’idejn Noel Turner, Robert Arrigo ħatafielu minn idejh.
Wara dan l-inċident, id-Deputat
Nazzjonalista
mar fuq Net tv u għamel allegazzjonijiet foloz fejn kien allega li l-President tal-MFA kien qal li sakemm idum hu President is-Sliema ma jieħdux tazza oħra.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Marse-Ann Farrugia qalet li l-allegazzjonijiet foloz li għamel Robert Arrigo jikkostitwixxu inġurja gravi.
Comments