top of page

Robert Arrigo mhux fdat mill-PN. Żgur hemm raġuni valida.

Archive
Mar 1, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Jista’ jkun li hemm aktar minn raġuni waħda għaliex Robert Arrigo mhux fdat mill-PN. Qatt ma kien fdat minħabba l-passat tiegħu u xi każi oħra li ġraw matul l-aħħar leġislatura tal-gvern Nazzjonalista.

Robert Arrigo huwa operatur ewlieni fil-qasam tat-turiżmu iżda l-PN qatt ma fdaħ f’dan il-qasam, la meta kien fil-gvern u aqqas fl-Oppożizzjoni.

Popolari ħafna fl-Għaxar Distrett speċjalment mas-Slimiżi. Jiġri b’kulħadd imma meta l-PN jiġi biex jagħżel lid-Deputati għal karigi dejjem jibqa’ l-art u fil-bankijiet ta’ wara.

Wieħed mill-każi li għandu x’jaħbi kien sar jaf bih ukoll Lawrence Gonzi. Forsi għalhekk baqa’ qatt ma fdaħ b’xejn.

Imbagħad Simon Busuttil għamlu shadow minister tat-turiżmu u fl-ewwel okkażjoni qalgħu minn hemm ukoll.

Xi raġuni jkun hemm. Fil-fatt jista’ jkun hemm aktar minn raġuni waħda għaliex Robert Arrigo la kien fdat minn Lawrence Gonzi w aqqas hu fdat minn Simon Busuttil u Beppe Fenech Adami.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page