top of page

Robert Cutajar jrid li min hu rqieq ikun jista’ jagħmel kors biex jonqos mill-piż

Archive
May 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Kull meta tal-Oppożizzjoni jitkellemu dwar il-qasam tas-saħħa ma sarux jgħidu waħda tajba u fis-seduta tal-Parlament tal-Erbgħa filgħaxija, għaxxquha kemm Simon Busuttil u anke Robert Cutajar li kkritika lil gvern talli min mhux oħxon ma jitħallix jagħmel kors biex jirqaq.

Robert Cutajar jinsisti li mhux sew, li nies li għandhom piż tajjeb m’humiex jitħallew jattendu għal kors biex wieħed jonqos mill-piż.

Dawn it-tip ta’ korsijiet jingħataw li mid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa, għandhom l-għan li jgħin lil persuni obeżi u b’piż żejjed jonqsu mill-piż. Cutajar irid li l-korsijiet ikunu miftuħa wkoll għall-irqaq.

Mhux ta’ b’xejn li l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne deher li ma setax jifhem il-punt ta’ x’kien qed jistaqsi Robert Cutajar u għalhekk kellu jistaqsih lura: “Qieghed tistaqsini għaliex nies li m’għandhomx problemi bil-piż, ma jistgħux jattendu għall-kors biex jonqsu milll-piż?”, iżda Cutajar baqa jinsisti li iva, dak li qed jistaqsi. Mur ifhmu!

Robert Cutajar jidher li ma jafx li dan il-gvern introduċa Lifestyle Clinics f’diversi lokalitajiet, li huma kliniċi speċjalizzati li mhux biss jagħtu pariri fuq ikel tajjeb għas-saħħa, iżda pariri oħra kif nistgħu ngħixu ħajja aħjar u nipprevjenu ċertu mard.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page