top of page

Roberta tibla’ kollox, familji mhux ilaħħqu mal-ħlas tal-liċenzja tat-tv (ilha li waqqfet mil-2012)

Archive
May 25, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Waħda a la Claudette Buttigieg minn Roberta Metsola. Il-faqar fid-Deputati tal-PN qed jiżdied Malta u Brussell ukoll, l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola għamlet waħda a la Cluadette Buttigieg meta qalet li l-familji qed jgħidula li mhux qed jibqalhom flus biex fl-aħħar tax-xahar iħallsu l-liċenzja tat-TV.

Din taf x’inhi tgħid?

Il-liċenzja tat-TV kienet titħallas kull sena, mhux fix-xahar u kienu n-Nazzjonalisti stess li neħħewha u tħabbret fil-Budget tal-2011. Jiġifieri, mill-2012 ‘il hawn il-familji li marret tiltaqa’ magħhom Roberta Metsola ma ħallsux il-liċenzja tat-tv.

Roberta, jew mhux veru qed tiltaqa’ mal-familji u qalatha minn żniedha, inkella l-familji li qed tiltaqa’ magħhom qed jigdbula u hi tibla’ kollox.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page