top of page

Rosette Thake: Ħasra li wasalna f’dan l-istat

Archive
Jun 2, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Is-Segretarja Ġenerali tal-PN Rosette Thake fetħet il-kampanja ġbir ta’ fondi illejla billi qalet “ħasra li waqalna f’dan l-istat”. Huwa kliem li joqgħod eżatt għal partit tagħha mhux għal pajjiż.

Ħasra ta’ pajjiż meta għandna l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku?

Ħasra ta’ pajjiż meta għandna l-anqas rata ta’ qagħad f’36 sena?

Ħasra ta’ pajjiż għandna l-aqwa ekonomija fl-Ewropa?

Iktar kien ikun xieraq li tuża dak il-kliem biex tirreferi għal partit tagġħha għax għalkemm hija l-aktar segretarja ġenerali mħallsa fl-istorja tal-PN, il-partit qiegħed l-agħar sitwazzjoni tiegħu.

Thake qalet li hija ta’ dieqa li qed ikollna niġġieldu għad-demokrazija. Din bis-serjeta’?

Jekk hawn xi ħadd li jrid jhedded id-demokrazija huwa fil-fatt il-PN li jrid jinjora l-mandat tan-nies u jwaqqa’ lil gvern.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page