Sa fl-aħħar ritratt fit-Times li jagħmel ġustizzja mal-berġa ta’ Kastilja u kif inhi mdawwla
Updated: Sep 21
Wara ħafna kritika, inkluż mill-Arċisqof Charles Scicluna, deher ritratt sabiħ fit-Times li jagħmel ġustizzja mal-berġa ta’ Kastilja u d-dawl ġdid li ngħatat biex tissebbaħ.
Waqt li kien qed għaddej ix-xogħol u testijiet biex jinstab l-aħjar dawl għal Kastilja it-Times sabu l-okkażjoni jgħajjru lill-gvern. Dak iż-żmien kien hemm min kien qal li kienu ġabu Kastilja qisa Las Vegas.
Issa li d-dawl ta’ Kastilja huwa mill-isbaħ qatt ma qalu li kienu inġusti u żbaljati. Iżda ir-ritratt tagħhom tsess jgħid kollox għal min irid jiftakar u jifhem.
Comments