top of page

Said komdu, kejl differenti għan-Nazzjonalisti

Archive
Jul 10, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jibqa’ jiddefendi lil Chris Said minkejja li fir-rapport li ħareġ l-Awditur Ġenerali, l-istess Awditur mhux biss m’emminx lil Chris Said, iżda qal li Said kiser kull prinċipju ta’

good governance

.

Dawn huma d-

double standards

tal-Kap tal-Oppożizzjoni, li tant jitkellem fuq

standards

u governanza tajba, fejn qed jibqa’ jiddefendi lil Said, li skont l-Awditur Ġenerali, li tant isemmi meta jaqbilu, dan mar kontra dawn l-istess prinċipji li jitkellem dwarhom.

L-atteġġjament ta’ Simon Busuttil huwa sintomatiku ta’ politiku elitista li jaħseb li jista’ jibqa’ għaddej mingħajr xkiel, li għandu kejl differenti mhux biss ma min ma jaqbilx miegħu iżda anke ma’ dawk ta’ madwaru. Illum, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibqa’ jiddefendi lil min kien jindaħħal direttament huwa fuq deċiżjonijiet ta’ Bord. Simon Busuttil qed jiddefendi lil min ħalla lill-Kunsilli Lokali bi djun kbar. Busuttil qed jiddefendi lil min kien iċċensurat mill-Awditur Ġenerali. Fuq kollox qed jiddefendi lil min, bħal oħrajn, qed jiksrulu l-kliem tiegħu stess.

Għalhekk ħadd ma jieħdu bis-serjetà

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page