top of page

Se jiġbru l-flus għall-pagi

Archive
May 12, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Fl-Ewwel ta’ Ġunju l-PN se jerġa jagħmel ġurnata oħra ta’ ġbir ta’ fondi biex ikun jista’ jħallas il-pagi. Il-finanzi missew il-qiegħ. Il-projections li għamlet Ann Fenech tal-ġbir mill-iskema taċ-ċedoli tagħha marru kompletament żmerċ.

Kienu anqas minn għaxra l-partitarji Nazzjonalisti li kkonkorrew għal din l-iskema ta’ dejn sigriet li tnediet fil-ġimħat li għaddew.

Biċ-ċedoli li ġabru bil-kemm għandhom għal paga ta’ sena ta’ Rosette Thake, Segretarja Ġenerali.

Għalhekk se jkollhom bżonn jerġgħu iduru fuq il-partitarji tagħhom biex jiġbru ammonti iżgħar ta’ donazzjonijiet milli l-għaxart elef li talbuhom fl-iskema ta’ Ann Fenech.

Waqt il-ġbir ta’ fondi Claudette Buttigieg għandha t-task li tbiegħ il-kotba tas-sensiela PIN. Id-dar tal-pubblikazjzoni tal-PN. Il-bejgħ se jibda waqt il-Kunsill Ġenerali li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa.

Diġa’ bdiet tirreklama fuq Facebook.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page