top of page

Se jippersisti bl-iskema ta’ dejn sigriet u ta’ ħabi minkejja l-konkorrenza baxxa

Archive
May 6, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Kif kien mistenni, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma laqax l-isfida li għamilu l-Prim Ministru din il-ġimgħa fil-Parlament u qed ikompli jippersisiti li jibqa’ għaddej bl-iskema ta’ dejn sigriet u ta’ ħabi li qed tieħu ħsieb Ann Fenech.

Għalkemm din l-iskema ta’ għotjiet ma kienetx suċċess, il-PN qed ikompli jippersisti li jiġbor il-flus minn għand in-nies taħt forma ta’ self.

Huwa ċar li Simon Busuttil jitkellem mod u jagħmel ieħor u filwaqt li jagħmilha ta’ ġudikant fuq kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-Gvern u l-Partit Laburista, ma japplikax l-istess standards fejn jidħol il-partit tiegħu.

Busuttil jitkellem ħafna fuq

standards

u politika onesta, iżda qed jippersisti li jkompli jaħbi permezz ta’ din l-iskema li fuqha jqumu suspetti kbar ħafna, mhux biss għal animu warajha, dik li l-Partit Nazzjonalista jdur mal-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, iżda anke għall-ipokrezija, fejn filwaqt li jitkellmu fuq governanza tajba u kontabbilta’, permezz ta’ din l-iskema qed jippromwovu l-ħabi.

Jekk xi darba jrid li xi ħadd jipprova jieħdu ftit żgħira bis-serjetà, Simon Busuttil għandu jemmen lil kliemu stess qabel xejn u jwaqqaf din l-iskema li tinċentiva l-ħabi.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page