top of page

Simen ma sabx min jagħtih il-flus, qed teħel Ann Fenech

Archive
May 4, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

L-iskema tad-dejn sigriet tal-PN, magħrufa fost in-Nazzjonalisti bħala skema ċedoli ma sabitx l-appoġġ li kien mistenni. Il-każ tqajjem waqt waħda mill-laqgħat tat-tmexxija li ksir kull nhar ta’ Tnejn fejn Ann Fenech tat rendikont tas-sitwazzjoni kif inhi u kienet iffaċjata bit-tkemmix tax-xofftejn.

Ann Fenech qed tkun fil-mira tal-kritika fid-Dar Ċentrali minħabba n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni f’din l-iskema minkejja l-isforzi kollha li saru fejn saħansitra intbgħatu leaflets fid-djar tat-tesserati biex jipparteċipaw iżda baqgħu lura milli jagħtu l-flus lil PN.

Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partit sejra mill-ħażin għall-agħar.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page