top of page

Simon Busuttil diġa’ wiegħed li se jestendi l-Freeport

Archive
Aug 5, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-Kap tal-PN jaqbel mal-espansjoni tal-Freeport fuq art li hija ODZ u diġa’ wiegħed li l-PN jaqbel li l-Freeport jespandi. Busuttil tkellem mal-Freeport fi żjara li għamel xi ġimgħat ilu.

Mbagħad irrepeta din id-dikjarazzjoni fil-pubbliku wara li l-Prim Ministru ddikjara li ma jaqbilx li l-Freeport jespandi fuq art li hija ODZ.

Il-PN diġa’ kellu pożizzjoni fejn kien kontra kull żvilupp fuq art li hija ODZ (Anke Gonzi kellu l-istess pożizzjoni u għamel u-turn mill-għada).

Meta Busuttil ra li n-nies ta’ B’Bugia ma qablux mal-pożizzjoni tiegħu pprova jbenġila billi qal li jaqbel mal-espansjoni tal-Freeport imma mhux neċessarjament fuq art li hija ODZ.

Mela fejn fl-arja?

Il-Kunsilliera tiegħu fil-Kunsill Lokali ta’ B’Bugia, fosthom il-kandidat Hermann Schiavone ivvotaw kontra mozzjoni tal-Kunsill Lokali esprimiet il-fehma tal-Kunsill kontra l-espansjoni tal-Freeport li diġa’ qiegħed qrib wisq il-parapetti tar-residenti ta’ B’Bugia.

Il-media tal-PN illum tat prominenza dikjarazzjoni li għamel il-management tal-Freeport li kkonfortat bil-wegħda ta’ Simon Busuttil qal li l-kumpanija qed tevalwa l-futur tagħha u tal-impjegati kollha tagħha.

Issa jonqos biss li titkellem il-UĦM u l-akkolti l-oħra kollha li s-soltu jagħmlu dikjarazzjonijiet biex jagħtu tefa’ lil PN.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page