top of page

Simon Busuttil: Il-vjolenza domestika għandna nindirizzawha fil-miftuħ

Archive
Jul 19, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Oħtu Diana ħatfitu fil-kelma. Fl-istess ġimgħa li għamlet xenata sħiħa u skont l-ex żewġha, flimkien ma’ missiera aggrediet tliet persuni, Simon Busuttil kien qed jitkellem fuq il-vjolenza domestika u qal li każi bħal dawn ma għandnix nitfawhom taħt it-tapit.

“The issue must be tackled out in the open” it-Times irrappurtat lil Busuttil jindirizza laqgħa tal-PN li fiha tkellem dwar i-vjolenza domestika.

Oħtu obdietu mill-ewwel għaliex wara li daħlet fid-dar tal-ex żewġha u aggrediet lil min sabet quddiema, inkluż mara ta’ 60 sena, ħarġet barra”in the open” u vvandalizzat il-karozza tiegħu.

Biex ma tħallix dan il-każ taħt it-tapit marret ukoll fuq Facebook u ġabet ir-ritratti tal-karozza li kienet għadha kif ivvandalizzat u b’hekk kulħadd sar jaf.

Pero ħalliet dettall barra. Ix-xenata li għamlet lil Pulizija li ġew fuq il-post u kemm għamlet arja b’ħuha waqt li twerzaq f’wiċċhom.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page