top of page

Simon Busuttil irid jgħid x’ser jagħmel fuq il-Viċi Kap tiegħu

Archive
Apr 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Mill-mezzi tal-komunikazzjoni sirna nafu li l-Viċi Kap tal-PN Mario de Marco sarlu xogħol li għalih ma ħallasx u meta beda jberraq talab għall-

invoice

u beda jħallas issa għax-xogħol li sar snin ilu meta kien għadu Ministru bi ksur tal-kodiċi ta’ etika. Simon Busuttil irid jgħid x’ser jagħmel fuq il-Viċi Kap tiegħu li kiser il-kodiċi tal-etika għal Ministri u Segretarji Parlamentari.

Dwar dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-Imġarr qal “F’każijiet bħal tal-llum fejn Simon Busuttil għandu l-ballun fuq in-naħa tiegħu. Irid jgħidlna x’ser jagħmel bil-Viċi Kap tiegħu li sarlu xogħol b’xejn fil-propjetà tiegħu waqt li kien Ministru bi ksur tal-kodiċi tal-etika”.

Il-kliem kollu u l-protesti kollha li għamel Simon Busuttil issa huwa l-mument li jgħid x’se jagħmel. Irid jgħid jekk issa huwiex se jieħu mill-ewwel, illum stess, il-mizuri li jipprietka hu fuq ħaddieħor.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page