top of page

Simon Busuttil jaħsibha jibbojkottjax il-Parlament

Archive
May 17, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jagħti x’jifhem li jekk il-Maġġur Eugenio Caruana ma jingħatax transfer mill-Parlament u l-iSpeaker jiddeċiedi li jżommu, il-membri Nazzjonalisti jirregolaw ruħhom huma. Caruana hu ħati ta’ dnub kbir, ikkritika lil PN fuq Facebook

Simon Busuttil qal lil Anġlu Farrugia li l-ewwel dmir u lealta’ tiegħu għandha tkun lejn min hu elett fil-Parlament u widdbu “Iġġiegħelx lilna nagħżlu bejn li nidħlu l-Parlament jew le”.

Vendikattivi kienu u hekk iridu jibqgħu. Jitkellmu bl-istess ton arroganti ta’ meta kienu fil-gvern. Sewwa qal il-Boċċa li għandhom DNA differenti. Mal-Labour bi prova fuq oħra, tista’ ma taqbilx miegħu, iżda tista’ taħdem miegħu. Imma l-PN ma jinbidel qatt.

Qed niftakar fil-Boċċa, tat-Times għadhom ma neħħewħx. Minn mindu ġegħluhom ineħħu lil Adrian Hillman bi skuża tal-Panama, saru aktar ħaġa waħda mal-PN.

Ara lil Louis Farrugia li ssemma’ fil-Panama Papers bħala sid ta’ kumpanija miftuħa biex timmaniġġja l-propjeta’ tiegħu, mhux talli ma neħħeħwx, talli l-bord tad-Diretturi, fejn huwa non-executive director, għaddew vot ta’ fiduċja fih.

Il-PN mhux qed iħalli lit-Times tneħħi lil Louis Farrugia u lil Andrew Borg Cardona. Times u PN illum ħaġa waħda.

Mur ġib lil Gerald Strickland, fundatur ta’ Strickland House jara lit-Times totalment tal-PN. Jinbaram f’qasir il-għomor kien. Tqalleb Gilard.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page