Simon Busuttil jiddefendi lin-Nazzjonalisti msemmija fil-Panama Papers, ma għamlu xejn ħażin
Updated: Sep 21
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħalissa qiegħed jiddefendi lin-Nazzjonalisti msemmija fil-Panama Papers u qal li hemm differenza bejn min għandu kumpanija u min jgħin li tinfetaħ kumpanija. Meta mistoqsi mill-ġurnalista Janice Bartolo, jekk hux aċċettabbli għalih li jkollu kollegi tiegħu li jgħinu klijenti jiftħu kumpaniji, flok sirrisponda, Simon Busuttil daħal fil-ħajja personali tal-ġurnalista u baqa’ jinsisti li hemm differenza bejn li tiftaħ kumpanija u li tgħin li tiftaħ kumpanija.
Għalih, Konard Mizzi u Keith Schembri biss għamlu ħażin.
In-Nazzjonalisti msemmija fil-Panama Papers ma għamlu xejn ħażin.
Simon Busuttil qal ukoll li l-Partit Laburista qed jipprova jħawwad il-borma u żied jgħid li f’pajjiżna “irid ikun hawn xi ħadd li jgħid il-verita, u dan hu l-PN li qiegħed hawn biex jgħid il-verita”.
Comments