Simon Busuttil kien jaf x’se jgħid il-Viċi Kap tiegħu?
Updated: Sep 21
Qed jingħad fost ċirku żgħir ta’ Deputati Nazzjonalisti jekk Simon Busuttil kienx jaf bid-dikjarazzjoni iebsa li kien se jagħmel Beppe Fenech Adami dwar l-elezzjoni. Dawn id-Deputati jinsistu li l-Viċi Kap għamel hekk biex meta jinħatar Kap jekk jitilfu l-elezzjoni, ikun jista’ jibda kampanja qalila kontra l-gvern bħalma għamel missieru wara l-elezzjoni tal-1981.
F’dik l-elezzjoni l-PN kien ġab maġġoranza ta’ voti iżda ma kellux maġġoranza ta’ siġġijiet u l-liġi kienet tgħid li jiggverna min iġib l-akbar ammont ta’ siġġijiet. Wara dak ir-riżultat pervers, il-PN kien beda kampanja feroċi ta’ vjolenza u diżubbidjenza ċivili. Dak iż-żmien ukoll kien hemm Richard Cachia Caruana nvolut fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Ċirku żgħir ta’ Deputati qed jgħidu illi tant Beppe Fenech Adami qed jaħseb għal rasu, li ma qagħadx jikkunsidra r-riperkussjonijiet ta’ dak li qal fuq Simon Busuttil, billi hu stess qed jimplika lil Ann Fenech u esponenti oħrajn tal-PN fi prattiċi korrotti.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien, Simon Busuttil qed jidher dgħajjef quddiem Fenech Adami u għalhekk huwa posibbli li Simon Busuttil stess ma kienx jaf x’se jgħid il-Viċi Kap tiegħu li fid-deher jidher li qiegħed jappoġġa lil Kap imma minn wara qed iħejji t-triq għal meta jieħu l-PN kompletament f’idejh bl-għajnuna ta’ Richard Cachia Caruana u l-ħabiba kbira tiegħu Daphne Caruana Galizia.
Comments