Simon Busuttil ma jirrispetax deċiżjoni tal-Qorti, ma staħax idaħħal mandat ieħor
Updated: Sep 21
Minkejja li f’deċiżjoni tal-Qorti llum ġie deċiż li l-
billboards
tal-Partit Nazzjonalista jistgħu jinġabru mit-toroq, dan wara li nstema’ l-kontro-mandat tal-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif il-Partit Nazzjonalista ma fetaħx il-kawża fiż-żmien stipulat bil-liġi, Simon Busuttil ma staħax idaħħal mandat ieħor.
Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda rispett lejn il-Qorti, ħlief meta xi ħaġa tinqata’ favur tiegħu.
Flok jibqa’ għaddej bil-kampanja negattiva tiegħu, Simon Busuttil aħjar jibda jagħti widen u jirrispeta d-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, anke meta dawn ma jieħdux id-deċiżjonijiet li jkun xtaq hu. Hemmhekk forsi fl-aħħar jibda jittieħed ftit bis-serjetà.
Comments