Simon Busuttil ma’ Toni Bezzina nhar il-Ġimgħa fil-każin taż-Żurrieq fis-7pm
Updated: Sep 21
Propju fil-ġimgħa li ngħatat sentenza tal-Qorti li fiha rriżultaw affarijiet mill-aktar serji fil-konfront ta’ Toni Bezzina b’konnessjoni mal-każin taż-Żurrieq, id-Deputat Nazzjonalista flimkien mal-Kap Simon Busuttil għada se jkunu flimkien fl-istess każin.
Il-każin tal-PN taż-Żurrieq qiegħed fiċ-ċentru ta’ kontroversja maħluqa minn Toni Bezzija stess wara li bħala uffiċjali fil-Miniteru ta’ George Pullicino fil-leġislatura li għaddiet kien bgħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fil-privat f’dan il-każin tal-PN, li tiegħu, l-istess Toni Bezzina kien President.
Apparti li bgħathom jaħdmu mill-fondi pubbliċi u waqt il-ħin tax=xogħol mal-gvern, irriżulta minn inkjesta dipartimentali u lil Qorti tal-Maġistrati, li Bezzina kien kompliċi f’ġurament falz li ħadu l-ħaddiema li kienu qed jibżgħu minn vendikazzjoni li kieku ma obdewx l-ordnijiet tal-Perit Bezzina.
X’ironija u, il-headline tan-newsletter ta’ Bezzina li fiha jħabbar il-laqgħa ta’ għada ma’ Simon fil-każin taż-Żurrieq, jitratta l-inġustizzji ma’ ħaddiema minħabba twemmin politiku.
Ara min irid jitkellem!
Comments