Simon Busuttil mess il-qiegħ tal-medjokrità, refuġju ta’ min jikser il-liġi
Updated: Sep 21
Ma baqalux b’min jinqeda u dar fuq Ġanni Attard. Persuna li għandu kundanni mill-Qrati kontrih biex jgħid kontra l-Partit Laburista.
Ġaladarba Simon Busuttil assoċja ruħu miegħu, issa se jkollu jagħti kont. Waqt il-laqgħa politika tal-Ħadd filgħodu Busuttil semma’ r-recording ta’ dan Ġanni Attard biex jgħid li vvota lil Labour biex jirranġa s-sitwazzjoni tiegħu. Iżda billi l-każ tiegħu kien imur kontra l-liġi, il-gvern applika l-liġi, il-każ spiċċa l-Qorti u irriżulta li l-gvern kellu raġun.
Issa min irid jikser il-liġi sab refuġju għand Simon Busuttil. Sar Kap tal-Oppożizzjoni li jippriedka d-dwejjaq, in-negattività. Issa li qed jinqeda b’persuna dubjuża biex jattakka deċiżjoni miss il-qiegħ tal-medjokrità.
Huwa b’hekk li ħadd mhu jersaq lejn il-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil.
Comments