Simon Busuttil qed jiddefendi lil Aquilina mill-attakki interni wara li waqqa’ partit għaż-żufjett
Updated: Sep 21
Simon Busuttil qed jagħmel ħiltu kollha biex jiddefendi lill-avukat Karol Aquilina, wieħed mill-iktar persuni qrib tiegħu u li bħalissa jinsab taħt kritika interna qawwija wara li waqqa’ lill-PN għaż-żufjett fuq il-każ tal-billboards.
Propjament ma użawx il-kelma għaż-żufjett, użaw kelma oħra aktar iebsa li mhux xieraq nikteb.
Illum fit-Times ingħad li l-PN nesa jiftaħ il-kawża fi żmien 20 ġurnata mill-mandat kif stipulat bil-liġi. Għalkemm fuq dan il-każ kienu qed jaħdmu ukoll Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi, is-swaba qed jippuntaw lejn Karol Aquilina.
Kien f’artiklu li deher fuq din il-website il-bieraħ li uffiċjali, attivisti u partitarji tal-PN qraw li l-partit ma fetaħx il-kawża dwar il-billboards bdew jistaqsu x’kienet ir-raġuni vera, li ngħatat fit-Times dalgħodu, Simon u Karol insew jiftħu l-kawża.
Comments