Simon Busuttil taħt pressjoni, x’għandu speċjali Toni Bezzina?
Updated: Sep 21
Simon Busuttil għandu pressjoni interna biex jieħu azzjoni kontra Toni Bezzina wara s-sentenza tal-Qorti 24 siegħa ilu li fiha rriżulta li bħala uffiċjal fil-Ministeru tar-riċorsi, id-Deputat Nazzjoanlista kien bgħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fil-privat u li kien kompliċi biex ħaddiema li jaqgħu taħtu jieħdu ġurament falz.
Lil Kap tal-PN qed jgħidulu “Ma jistax ikun nitkellmu fuq il-politika onesta u ma jitteħdux passi kontra Toni Bezzina”, iżda mhux talli ma ħax passi fi ftit minuti kif kien wiegħed li se jagħmel kontra Deputati li jagħmlu xi ħaġa ħażina, iżda fl-24 siegħa li għaddew lanqas biss lissen kumment wieħed.
Simon Busuttil ilu xhur sħaħ jgħid li jrid inaddaf il-politika, iżda bin-nuqqas ta’ azzjonijiet tiegħu, qed iħalli l-ħmieġ fid-Dar Ċentrali.
Il-ħbieb ta’ Hermann Schiavone f’Tal Pieta’ qed jagħmlu pressjoni biex Simon Busuttil jieħu passi kontra Toni Bezzina u qed iġibu l-eżempju b’Giovanna Debono li żewġha għaddej proċeduri kriminali u qed jiffaċċja l-istess akkużi li rriżultaw fil-Qorti, jiġifieri li bgħat ħaddiema tal-gvern jaħdmu fil-privat.
Hermann Schiavone huwa kandidat fuq l-istess distrett ta’ Toni Bezzina u għandu ħbieb influwenti fil-PN b’rabtiet li jmorru lura għal snin twal.
Comments