top of page

Simon Busuttil ukoll kien jiekol b’aktar minn ħalq wieħed mill-borma tal-konsulenzi u direct orders

Archive
Jun 13, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Fid-diskors tiegħu il-bieraħ Simon Busuttil reġ’a qagħad jagħti l-lezzjonijiet dwar kif skont hu tkun tmexxija tajba. Imma kif jgħid il-Malti biex tiskonġra trid tkun pur, Mr Double Standars.

Busuttil jahseb li n-nies insew li qabel ma sar Kap tal-PN, huwa kien ilu jiġri mas-saqajn fiċ-ċrieki tal-klikek tal-PN għal snin sħaħ.

Qed jagħmel minn kollox biex inessi l-imgħoddi riċenti ħafna, kemm tiegħu u kif ukoll tal-PN. Iżda l-fatti jibqgħu fatti għax Busuttil kemm–il darba bill subajh fil-borma taħt il-PN.

Per eżempju Busuttil illum tgħidx kemm jitkaża u tgħidx kemm jgħajjat bi skandli meta jingħata xi kuntratt permezz ta’ direct order. Issa, Busuttil għal snin sħaħ flimkien ma’ oħrajn kellu ditta legali jisimha Ganado & Sammut.

Għaġeb tal-għeġubijiet gvern wieħed wara l-ieħor tal-PN tgħidx kemm faqqaw kuntratti ta’ konsulenzi lil din id-ditta legali. U imbierka s-sapjenza t’Alla anki b’direct orders kienu jingħataw il-konsulenzi.

Imma dak li kien tajjeb għalih għal snin sħaħ, issa Alla jbierek Simon double standards Busuttil sar jiskandalizza ruħu bih.

Fost oħrajn Ganado & Sammut, id-ditta legali tal-Kap tal-PN ingħatat b’€40,000 f’konsulenzi permezz ta’ direct orders minn ħadd hlief l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kemm taħt Eddie Fenech Adami u anki taħt Lawrence Gonzi. Ipokrizija tal-prima klassi.

Ganado & Sammut per eżempju għal 12– il sena sħaħ kellha monopolju assolut fuq il-konsulenzi legali li kienu jingħataw lill-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku.

Anki meta kien MEP Nazzjonalista, Busuttil fuq bażi personali baqa jagħti l-konsulenzi lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar materji li jikkonċernaw l-Unjoni Ewropea. Huwa seta jiekol b’iktar minn ħalq wieħed għax huwa bhall-Boċċa, b’DNA speċjali …. Nazzjonalist u blu. Imma jekk ma tkunx taqbel ma’ Simon, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt għaliex tgħidx kemm jgħajjrek u jrodd slaleb.

Il-lupu jibdel sufu imma mhux ghemilu.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page