Simon jibla’ kliemu, il-PN jappella mis-sentenza dwar is-siġġijiet
Updated: Sep 21
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħaġġel, jitkellem bla ma jkun ikkonsulta ma’ ħadd fil-partit u jkollu jibqa’ kliemu. Qed imexxi partit minn jum għal jum mingħajr viżjoni fit-tul u għalhekk iwaqqa’ kliemu stess bħal fil-każ tal-kawża li fetaħ il-PN stess fuq iż-żewġ siġġijiet żejda li jrid.
Mingħajr ma kkonsulta ma’ min jifhem, Simon Busuttil kien għaġġel jgħajjar lil gvern li kien appella mis-sentenza biex itawwal iż-żmien. Il-gvern kellu dritt jappella mis-sentenza kif kellha dritt li tagħmel l-Oppożizzjoni u kif wara kollox spiċċat għamlet.
L-esperti tal-PN, ġew jaqgħu u jqumu minn dak li qal Simon Busuttil u appellaw mis-sentenza, għaliex hekk kellhom id-dritt li jagħmlu. Deċiżjoni li biha waqqgħu kliem il-Kap tagħhom li bl-ebda mod ma ried itawwal il-proċess.
Il-Partit Laburista qal “Huwa ċar li Busuttil mhux biss ma jqisx kliemu, mhux biss joħroġ proposti li huma
half baked
, imma dak li jgħodd għal ħaddieħor, ma jgħoddx għalih innifsu. Għalhekk ħadd mhu qed jieħdu bis-serjetà. Ma’ kull jum li jgħaddi n-nies qed jaraw Oppożizzjoni tal-
managment by crisis”
.
Comments