Simon sieket fuq “interventi mhux ġustifikati” minn Chris Said fl-għoti tal-fondi lil Kunsilli Lokali
Updated: Sep 21
Sa din il-ġimgħa stess kienu qed jikkwotaw rapport tal-Awditur li kkritika lil gvern. Imma r-rapport tal-Awditur li kkritika lil Chris Said bħala ex Ministru tal-Kunsilli Lokali ma deherx. Online dehret ir-risposta li għamel Chris Said fejn qal li jirrispetta r-rapport. U x’qal Simon dwar ir-rapport? Xejn.
Simon sieket.
Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali investiga u irreveda 25 skema ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali, li rriżultaw f’allokazzjoni totali ta’ fondi ta’ €11,519,388.
Fir-rapport tiegħu jingħad “Dan l-Uffiċċju huwa tal-fehma li dan l-involviment (ta’ Chris Said) kultant ippreġudika l-indipendenza tal-Kumitati tal-Għażla, evidenti fir-reviżjonijiet ta’ għotjiet jew f’każijiet meta l-fondi nkisbu permezz ta’ komunikazzjoni diretta mas-Segretarju Parlamentari. L-NAO jsostni li, b’konformità mal-prinċipji ta’ governanza tajba, is-Segretarju Parlamentari kellu jiżgura li l-istrutturi u s-sistemi meħtieġa sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet kellhom ikunu f’posthom, pjuttost milli jintervjeni b’mod dirett permezz ta’ għotjiet lill-KL speċifiċi,”
F’kelma waħda, Chris Said jindaħal fejn ma jesgħux.
L-NAO nnota li ma kienx stabbilit ebda baġit għal numru ta’ skemi. Dan kien partikolarment evidenti fl-iskema għal xogħol ta’ manutensjoni u tiswija ta’ toroq, li rriżultat f’infiq ta’ aktar minn €6,000,000.
Nuqqasijiet oħra identifikati mill-Uffiċċju f’skemi oħra kienu jirrelataw ma’ kontroll finanzjarju fejn, f’każijiet meta l-baġit ma kienx rispettat, dawn ġeneralment irriżultaw fl-allokazzjoni ta’ fondi addizzjonali.
Barra minn hekk, l-Uffiċċju identifika nuqqasijiet serji fiż-żamma ta’ dokumentazzjoni wkoll.
Intqal li barra minn hekk, in-nuqqas ta’ minuti tal-laqgħat xekkel l-Uffiċċju milli jifhem kif il-Kumitati waslu għad-deċiżjonijiet meħuda, il-fatturi li ġew ikkunsidrati fl-istadju ta’ evalwazzjoni u l-ħsieb li fuqu kienu determinati l-eliġibilità, l-għażla u l-finanzjament.
Xempju tal-politika Onesta!
X’se jagħmel Simon fuq dan ir-rapport? Xejn.
Comments