Simon u Claudette iridu kollox jibqa’ l-istess
Updated: Sep 21
Simon Busuttil flimkien ma’ Claudette Buttigieg iridu li fl-isptar ta’ Għawdex ma jinbidel xejn. Ħarġu kontra l-investiment li tħabbar u qed jippruvaw iqajmu dubji dwar il-kumpanija u fl-istess waqt ixewxu lil ħaddiema.
Dawn huma ftit mir-ritratti tal-istat li kien fih l-isptar Ġeneral ta’ Għawdex f’Marzu ta’ tliet snin ilu.
Mhux kulħadd fil-PN huwa negattiv daqs Simon Busuttil. Fil-post ta’ qabel din huwa rrappurtat kif Ray Bugeja li kien kandidat għall-MEPs u anke kkontesta għal Kap tal-Partit faħħar l-investimen ta’ Vitals Global Healthcare li se jinvestu €218 miljun fuq żewġ sptarijiet.
Busuttil diġa’ tilef Deputat. Albert Fenech li rreżenja mill-Parlament biex ikun jista’ jaħdem ma’ din il-kumpanija li se tkun qed tinvesti f’pajjiżna u li Simon Busuttil ma jridhix.
Dan li ħalla warajh il-gvern preċedenti.
Comments