Spiċċa jtella’ t-tombla fil-każini
Updated: Sep 21
L-Assistent Segretarju Ġenerali Jean Pierre Debono spiċċa jtella’ t-tombla fil-każini biex jinġabru l-fondi għall-partit. F’dan il-każ kien Ħaż Żabbar fejn għal coffee morning kien hemm iktar nies mill-laqgħa ġenerali.
Bħalissa għaddejja kampanja sħiħa minn naħa tal-PN biex jilqgħu għal bruda li kien hemm fost it-tesserati billi jwebbluhom li se ssir elezzjoni bikrija.
F’messaġġi kontinwi fuq il-media tal-PN qed jippruvaw jagħtu l-impressjoni li dan il-gvern baqalu ftit jiem biss ħajja. Da qed jagħmluh biex iħeġġu lil partitarji jattendu għal meeting ta’ nhar il-Ħadd.
Din bħal tar-reshuffle. Kienu ilhom sena jgħidu li ġejja reshuffle!
Comments