Stennejna lil Simon Busuttil għal xejn
Updated: Sep 21
Stennejna għal xejn lil Simon Busuttil jgħidilna x’inhi l-viżjoni tiegħu għas-sentejn li ġejjin u għal ħames snin ta’ wara. Kien hu stess li webbilna li fid-diskors tiegħu għall-egħluq tal-Kunsill Ġenerali kellu jitkellem fuq il-viżjoni tal-partit li jmexxi.
Iżda f‘diskors ta’ 45 minutaSimon Busuttil l-anqas biss semma proposta waħda konkreta. Għalkemm irridu ngħidu li kien ippreżentat ir-rapport short-term fuq it-traffiku li fih 65% ikkupjati.
Il-Kunsill Ġenerali kellu t-tema ‘Politka’ Onesta’ issa jekk hawn xi ħaġa li n-Nazzjonalisti ma jibrillawx fiha hija l-onesta. Biżżejjed wieħed jara lil min għandu madwaru Simon Busuttil. Ibda miż-żewġ Viċi Kapijiet tiegħu li għandhom każi serjissimi ta’ nuqqas ta’ onesta politika.
Biex ma nsemmgħux lil Tonio Fenech, Francis Zammit Dimech u Ann Fenech li parti minn xogħolhom hu li jiftħu kumpaniji f’tax havens għal min irid jevadi t-taxxa, skont ma jgħid Simon Busuttil.
Stennejna għal xejn lil Kap tal-Oppożizzjoni jgħidilna x’se jagħmel dwar dan. Kien prevedibbli bħal dejjem, Simon Busuttil qal li mhux ser jieħu azzjoni għax għalih dawn huma ħmieg u tajn kif ilna nisimgħuh jgħid.
Ġaladarba il-Kunsill Ġenerali kien fuq l-onesta, wieħed kien jistenna li jħabbar it-tneħħija tal-iskema taċ-ċedoli sigrieti. Ma ta enda garanzija li ma hemm ħadd li qed jagħti d-donazzjonijiet u għandu kumpanijia reġistrata f’tax havens.
F’diskors ta ‘ 45 minuta fuq il-‘Politka Onesta’ , l-unika ħaga onesta li tkellem fuqha Simon Busuttil hu meta ammetta li stenna l-liġi tal-finanzjament tal-partit politiċi tiġi fis-seħħ wara 25 sena , biex idur ma’ din il-liġi u jagħmel l-iskema ta’dejn b’ħabi biex jiffinanzja d-dejn kbir tal-PN.
Comments