top of page

Storja fit-Times kontra Sai Mizzi erbat ijiem wara li kien iffirmat it-tieni kuntratt mal-Huawei

Archive
Mar 28, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Kumbinazzjoni front page tat-Times illum kien hemm storja kontra l-gvern iffirmata minn Ivan Camilleri, ex ġurnalista tal-PN u tal-PBS. Kumbinazzjoni, f’din l-istorja għażel li jattakka lil Sai Mizzi Liang erba t’ijiem biss wara li l-kumpanija ġganteska Huawei reġgħet pubblikament faħħritha tas-sehem tagħha fil-pass ieħor importanti li twettaq fir-relazzjoni strateġika li nbniet bejn Malta u l-Huawei.

Bla dubju li kien hemm min ma felaħx jisma din l-aħbar saret l-istorja fuq l-ewwel faċċata tat-Times biex san is-suċċess jipprova jkun innewtraliżżat. Dak li hu pubbliku, Camilleri qed isejjaħlu kunfidenzjali.

L-Erbgħa li għadda, l-akbar kumpanija dinjija fil-qasam tat-telekommunikazzjoni ħabbret li ffirmat dikjarazzjoni mal-Gvern Malti li se jwassal għal ftehim dwar il-ftuħ ta’ ċentru ta’ innovazzjoni tal-Huawei f’Malta. “Din hija tappa oħra fir-relazzjoni strateġika bejn iż-żewġ naħat li bdiet f’Lulju li għadda ppreseduta mill-Prim Ministru Joseph Muscat u ffaċilitata mill-mibgħut ta’ Malta għall-investiment mill-Ażja Sai Mizzi Liang”, qalet il-Huawei.

Dan ifisser li Huawei tqis ir-rwol ta’ Sai Mizzi Liang bħala kruċjali għall-isħubija ta’ pajjiżna ma’ kumpanija li tħaddem 170,000 persuna madwar id-dinja u toffri prodotti u servizzi f’170 pajjiż. Wieħed jittama li Ivan Camilleri mhux se jgħid issa li Huawei qed tqarraq ukoll.

Huawei fetħet l-ewwel preżenza tagħha f’Malta b’uffiċju reġjonali fi Smart City (dawn ħamlli wkoll) u rat il-potenzjal f’pajjiżna biex minnu, fost oħrajn, tibda l-ittestjar tat-teknoloġija 5G li se tkun qed tinfirex sew madwar l-Ewropa.

Filwaqt li jitkaża bil-paga ta’ €3,000 fix-xahar li taqla Sai Mizzi Liang, daqs kull mibgħut jew ambaxxatur ieħor barra minn Malta, Ivan Camilleri ma jgħid xejn dwar ħuh Alan li kien imexxi l-Malta Enterprise taħt il-PN b’paga ta’ €70,000 fis-sena. Ma tistax ma tgħidx hux!

Minflok ġabu hu l-investiment tal-Huawei kif kien xogħolu fil-Malta Enterprise, Alan Camilleri nefaq €18-il miljun f’sentejn biss fuq direct orders u fuq uffiċju ġdid għalih innifsu.

Ivan Camilleri li bħalissa għaddej minn perjodu mbaqbaq nqabad fuq il-camera jgħajjar lil-Laburisti

fake

u

idjoti, kien membru tal-Google Group tal-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-eks Ministru Tonio Fenech. F’danil-grupp, l-PN kien jiftiehem liema stejjer se jivvinta kontra l-Gvern fit-Times u fil-media l-oħra.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page