Ta’ Borg Olivier reġgħu ġewwa u b’saħħa aktar minn qabel
Updated: Sep 21
F’Marzu 2013 Pawlu Borg Olivier irreżenja minn Segretarju Ġenerali wara l-PN sofra l-akbar telfa elettorali fl-istorja politika riċenti ta’ pajjiżna. Għalkemm kien ineffettiv, Pawlu kien wieħed mill-persuni responsabbli għal fjask fil-kampanja elettorali, tant li rriżenja.
Illum reġa’ daħal lura fl-organiżazzjoni tal-PN u l-mara tiegħu Glorianne hija l-assistenta personali il-ġdida ta’ Simon Busuttil. Mossa li se ssaħħaħ ħafna l-influwenza ta’ Pawlu Borg Olivier fuq il-Kap tal-Partit.
Il-fatt li Pawlu Borg Olivier kellu aċċess għal-backstage tal-protesta fejn anqas il-kandidati w uffiċjali oħra ma kellhom aċċess hija notevoli.
“Ma jitgħallimx, diġa’ daħħlu darba ġol ħajt” qal wieħed mis-sorsi tagħna fil-PN fil-konfront ta’ Simon Busuttil wara li fil-jiem li għaddew Glorianne Borg Olivier bdiet tassumi r-responsabbilta’ ġdida tagħha bħala l-assistenta personali ta’ Simon Busuttil.
Dan kien l-aktar billboard diviżiv fil-kampanja elettorali ta’ Marzu 2013 li kellu effett negattiv u wara kompla jgħaxxaqha Simon Busuttil fuq TVM meta lil Deborah Schembri qalilha “għandek wiċċ ta’ Nazzjonalista”.
Kampanja ta’ diviżjoni li għadha għaddejja u għadha ma qalgħitx lil PN mill-abbiss li ntefa’ fih tliet snin ilu u issa li reġa daħal Borg Olivieri fix-xena, flimkien ma’ Louis Galea u Richard Cachia Caruana, antikalji tas-snin tmenin, il-possibiltajiet li l-PN joħroġ mill-era ta’ negattivita hija kważi impossibbli.
Billboard ieħor kemm juri li Borg Olivier jara sal-ponta ta’ mnieħru huwa billboard riċiklat mis-snin tmenin tal-Partit Konservattiv Ingliż.
Dan kien l-ewwel billboard tal-PN biex ibeżżgħu lin-nies bil-Labour. Kampanja li għadha għaddejja u li Borg Olivier mistenni jkompli jsaħħaħ.
Comments