Ta’ Fenech Adami close ma’ Hili u dejjem iddefendih
Updated: Sep 21
L-Ex Prim Ministru u President Eddie Fenech Adami dejjem iddefenda lil Marin Hili kull meta ffaċċja kritika dwar il-kunflitti ta’ nteress li kellu billi kien imexxi korporazzjonijiet governattivi u kellu interessi privati fuq l-istess linja tax-xogħol governattiv tiegħu.
Fenech Adami ma riedx jisma’ u kellu fiduċja għamja f’Marin Hili.
Fil-fatt fl-istess zmien li kien Chairman tal-Freeport kien qiegħed jixtri ishma f’portijiet oħra li huma kompetituri ta’ pajjiżna għax-xogħol tal-containers. F’dan iż-żmien meta l-business ta’ Hili sploda, kien jiltaqa’ minn żmien għal żmien ma’ Fenech Adami fil-bidu u ma’ Lawrence Gonzi wara biex jagħti donazzjonijiet lil partit bħalma kienu jagħmlu dawk kollha li qegħdin fuq il-JS List.
Fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista Marin Hili kien ukoll onorat mill-istat u sar membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.
Marin Hili beda jingħata karigi governattivi ftit wara li Fenech Adami sar Prim Ministru f’Mejju tal-1987 u baqa’ dejjem close mal-familja Fenech Adami.
Comments