top of page

Ta’ Gonzi mat-Times

Archive
Feb 11, 2016
2 min read

Updated: Sep 21

Ftit innotaw li l-Ex Deputy Chief of Staff ta’ Lawrence Gonzi llum huwa Senior Journalist mal-gurnal The Times. Skont rapporti li kien hemm fil-media fix-xhur li ghaddew Callus, li huwa qarib tal-mara ta’Gonzi, qieghed fuq unpaid leave minn mal-gvern biex ikun jista’ jahdem ta’Senior Journalist mat-Times.

Leonard Callus, qieghed jispecjalizza fuq stejjer ta’ natura politika.

Dan ta’ hawn taht huwa r-rapport tal-edizzjoni online tal-gurnal ILLUM tal-11 ta’ Ottubru 2015

L-ILLUM jista’ jikkonferma li Leonard Callus bħalissa qiegħed fuq

unpaid leave

minn mal-Gvern. Callus kien wieħed mill-aktar persuni qrib ta’ Lawrence Gonzi. Għal għaxar snin sħaħ, ħadem fis-segretarjati privati tiegħu, kemm meta kien Prim Ministru kif ukoll meta kien Ministru għall-Politika Soċjali. Flimkien ma’ Richard Cachia Caruana kien jakkumpanjah kważi dejjem f’safar li kien ikun relatat ma’ xogħol tal-Unjoni Ewropea.

Leonard Callus tant kien qrib ta’ Lawrence Gonzi li minn żmien għal żmien, kien anke jintalab biex jorganizza laqgħat privati miegħu.

Leonard Callus kien daħal jaħdem mal-Gvern bħala prinċipal fi skala 7 taċ-ċivil. Fl-2003 kien intagħżel minn Lawrence Gonzi biex mar jaħdem fis-segretarjat privat tiegħu bħala

project coordinator

, fl-aħħar xhur li għamel bħala Ministru għall-Politika Soċjali. Meta sena wara, Gonzi sar Prim Ministru huwa reġa’ għażlu biex ikun fis-segretarjat tiegħu l-ewwel bħala

policy coordinator

imbagħad bħala

Deputy Chief of Staff

, fejn baqa’ miegħu tul żewg leġislaturi sal-2013. B’kollox, Leonard Callus għamel 10 snin jaħdem ma’ Gonzi. Permezz tal-kariga ta’

Deputy Chief of Staff,

Callus tela’ għal skala 4 taċ-ċivil. L-ILLUM huwa infurmat li fl-2011 imbagħad ittieħdet deċiżjoni li Callus jitla’ għal skala 3

Wara l-elezzjoni tal-2013 Leonard Callus mar jaħdem mal-Arkivji Nazzjonali fejn żamm paga fuq skala 4. F’Awwissu ta’ din is-sena huwa waqaf b’

unpaid leave

u ingħaqad mal-ġurnal

The Times

fejn qed jispeċjalizza fi stejjer politiċi.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page