Taħdem mal-gvern u torganizza l-laqgħat għal PN waqt il-ħin tax-xogħol
Updated: Sep 21
In-Nazzjonalisti li jitkażaw b’din il-website ma jgħidu xejn dwar impjegati fis-servizz pubblikku li huma membri tal-kumitati sezzjonali tal-PN u jorganizzaw il-laqgħat waqt il-ħin tax-xogħol. Allura, dawk mhux Nazzjonalisti! Għandhom dritt jaħdmu mal-gvern u fl-istess ħin jaħdmu għal partit.
Lawrence Gonzi kien jgħid li ma fiha xejn ħażin li tkun impjegat mal-gvern u attivist ta’ partit politiku. Dment li l-partit politiku ikun il-PN u Simon et al jaqblu miegħu.
Fuq din il-website tkażaw kemm il-darba. Il-PN għamlu programmi sħaħ, staqsew lil Prim Ministru jekk hux sew li impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jkollu blog u jikteb waqt il-ħin tax-xogħol. Anke Norman Vella tkaża li huwa uffiċjal pubbliku.
It-Times u l-Independent f’kull okkażjoni li jkollhom jgħidu kemm hu ħażin li jitilgħu posts fuq din il-website waqt il-ħin tax-xogħol. Xi jgħidu jekk ngħaddilhom emails ta’ impjegati tal-gvern jaħdmu għal partit waqt il-ħin tax-xogħol?
Ħadd ma jara xejn ħażin li jkollok impjegati tas-servizz pubbliku li jkunu attivisti fil-PN, għandhom kull dritt ikunu attivisti, u jorganiżżaw il-laqgħat waqt il-ħin tax-xogħol. Jaħdmu għal partit meta suppost qed jaħdmu għal gvern.
Mhux tort tagħhom, forsi ma jistgħux iniżżluha li m’għadhomx fil-gvern.
Comments