Tal-għodda reġa’ għamilha
Updated: Sep 21
Hekk qalu fil-Gżira dalgħodu, tal-għodda reġa’ għamilha, wara li Chalie Zammit sid ta’ ironmongery fil-Gżira ipprova jħebb għal tfajla, Dorothy Falzon, li taħdem fil-Ministeru ta’ Owen Bonnici.
Zammit kien parti mill-folla tal-PN li bdiet tgħajjar u tinsulenta lil Ministru Bonnici u f’ħin minnhom qam biex iħebb għal Dorothy Flazon għax qal li kien ipprovokat.
L-atmosfera waqt Xarabank kienet ostili ħafna lejn kull min ma jaqbilx mal-PN li kien rappreżentat mid-Deputat Mexxej Beppe Fenech Adami.
F’dan ir-ritratt Zammit jidher bilqegħda għal kwiet jisma’ lil Beppe Fenech Adami, iżda malli jitkellem il-Ministru Owen Bonnici, in-nies tal-PN nfexxew f’dagħdigħa ta’ tgħajir, insulti u f’mument minnhom ippruvaw iħebbu għal tfajla li kienet flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-Ministeru il akkumpanjaw lil Owen Bonnici.
Dan Chalie Zammit huwa wieħed mit-tough guys ta’ Simon Busuttil.
Comments