top of page

Talba biex il-Pulizija jinvestigawni

Archive
Apr 25, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-pulizija għadejja b’investigazzjoni wara li Sandro Vella ħassu immalafamat b’artiklu ppublikat f’din il-website fis-26 ta’ Frar 2016 fejn kienet riprodotta parti minn sentenza tal-qorti fil-konfront ta’ Sandro Vella.

L-estratt kienet parti minn dokumenti esebiti fil-Qorti fil-proceduri li ttieħdu kontra tal-imputat u li sussegwentement kien ammetta u weħel xahar probabtion.

Dan l-estratt kien mimli dagħa mill-aktar faħxi.

Il-pulizija għandha tinvestiga u jien lest biex meta tibgħat għalija u nagħmel stqarrija li fiha nsostni dak li ktibt fl-artiklu taħt ir-ras Xogħlu jdaħħak, id-dagħa passatemp .

Il-persuna in kwestjoni, Sandro Vella huwa hu il-kandidat tal-PN Norman Vella u jieħu sehem fil-programm televiżiv tiegħu fuq Net TV.

Wara dik ix-xenata quddiem il-qorti meta tressaq Jason Azzopardi, kien mingħalija li l-PN huwa kontra il-libell kriminali u tali investigazzjonijiet mill-pulizija.

Diġa tressaqt darba l-qorti fuq l-istess akkużi minn Eddie Fenech Adami u dejjem bqajt insostni dak li ktibt kemm f’dik il-kawża li Eddie spiċċa ċeda, u nibqa nsostni anke f’dan il-kaz.

Simon Busuttil #doublestandards

Jgħid mod u jagħmel ieħor

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page