top of page

Talba bla preċedent minn Ministru tal-gvern

Archive
Feb 28, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

It-talba li għamel il-Ministru Konrad Mizzi biex ikun investigat mill-Kummissarju għat-Taxxi Interni hija bla preċedent. Fil-passat kien hemm Ministri li kienu taħt attakk simili iżda ħadd minnhom ma talab li jkollu l-assi tiegħu investigati bħalma qiegħed jagħmel id-Deputat Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista.

Kien hemm każi fejn politiċi ‘insew’ jiddikjaraw kontijiet bankarji barra minn Malta. Austin Gatt kull meta mistoqsi dwar il-bank account li kellu l-Isvizzera dejjem kien jirrispondi “mhux affarik”.

Michael Falzon u Ninu Zammit qatt ma taw rendikont ta’ dak li kellhom moħbi barra minn Malta.

Hawnekk fejn toħroġ differenza ċara u tonda bejn il-politiċi tal-passat u l-politiċi tal-Partit Laburista. Qatt ma kien hemm Ministru ta’ gvern preċedenti li talab li ssirlu investigazzjoni tal-assi tiegħu. Jagħmel hekk min m’għandux x’jaħbi.

Mhux ta’ b’xejn li hemm membri tal-grupp parlamentari tal-PN li huma mwerwrin li se jkollhom il-lenti fuqhom u fuq l-assi li bnew matul is-snin li l-PN għamel fil-gvern.

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page