top of page

Thake one, il-Laburisti ġrieden

Archive
Mar 8, 2016
1 min read

Updated: Sep 21

Il-familja Thake hija tal-opinjoni li l-Laburisti huma ġrieden, qaltilna Rachel li hija t-tifla tal-aktar Segretarju Ġenerali mħallsa fl-istorja tal-PN, Rosette Thake u ta’ David Thake preżentatur fuq Radio 101 u cheerleader.

Hija kienet qed tirreaġixxi fuq Facebook wara li l-ġurnalista ta’ One News Janice Bartolo esponiet fatti dwar l-attività tal-Ħadd li għadda, li l-PN ried jaħbi.

Fosthom kemm ma tafx titkellem il-mamà tagħha u kif ma kienetx taf x’se taqbad tgħid meta Janice Bartolo staqsieta dwar The Lady in PaNama, Ann Fenech. Mhux ta’ b’xejn li s-sena l-oħra ma tħallietx tindirizza l-mass meeting tal-Indipendnza.

Kesħet u nfixlet meta rat microphone quddiemha u bdiet tirrepeti l-għajjat tal-folla “Shame on You”.

Missierha David ċempel lil Janice Bartolo biex jagħmel dak li l-ex mara tiegħu ma kienetx kapaċi tagħmel, tirrispondi u pprova jieħu kumment minn għand Janice fost tgħajjir u attakki personali li naturalment in-Nazzjonalisti jistgħu jagħmlu.

Pronta kienet Rachel marret fuq Facebook u nfexxet fejn ħalla missierha tgħajjar lil kull min se jivvota Labour u lil Janice Bartolo bla bajd. Ħasbet li biex jkollok il-bajd trid tkun mimlija tattoos!

Jaqq x-nies

Meta ma kelliex tattoos kellha l-bajd tippoża għarwiena quddiem il-mera, issa li għandha t-tattoos ma’ kullimkien bdiet tgħajjar ġrieden lil min ma jivvotax lil PN. Dan hu l-partit tas-snobs, tal-puliti!

 
 
 

Recent Posts

See All
Malta Tagħna Lkoll għażlet l-Aqwa Żmien

Eluf ta' partitarji ħonqu t-toroq hekk kif sar magħruf ir-riżultat, b'mod partikolari quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

 
 

Comments


Commenting on this post isn't available anymore. Contact the site owner for more info.
bottom of page