Tħarbat il-pjan għall-pjan li għandu biex jagħmel pjan meta jkun fil-gvern
Updated: Sep 21
Il-PN kellu pjan biex iħabbar il-pjan tiegħu short term għal problema tal-konġestjoni tat-traffiku. Il-pjan ippreżentat kellu jkun pjan biex meta jkun fil-gvern jagħmel pjan. Iżda dan il-pjan tħarbat għaliex mid-Dar Ċentrali il-pjan ta’ Marthese Portelli ħareġ qabel il-waqt u wasal għand One News.
Il-pjan kellu jkun li s-Sibt filgħodu ssir konferenza tal-aħbarijiet minn Marthese Portelli u Simon Busuttil biex meta għada jagħlaq il-Kunsill Ġenerali jitkellem fuq il-proposti ta’ dan il-pjan biex jagħmel pjan.
Iżda l-pjan tħarbat u l-pjan ta’ Marthese kien ippreżentat il-Ġimgħa ġaladarba One News kien żvelah esklussivament fis-siegħat qabel fetaħ il-Kunsill Ġenerali.
Il-Ġimgħa kienet Friday 13 u x-xena fid-Dar Ċentrali malli raw ir-rapport żvelta minn One News kienet tal-biża. Marthese Portelli kienet irrabjata ħafna. Il-Kap sar jaf b’telefonata u mmedjatament iddeċidew li ma setgħux jistennew sal-għada biex joħorġu r-rapport u għalhekk kellu jkun ippreżentat il-bieraħ fil-Kunsill Ġenerali.
Il-pjan short term dam jinħadem seba’ xhur u f’seba’ minuti tħarbtilhom kollox.
Comments