The Real Clooney meets Merkel
Updated: Sep 21
The Real George Clooney kellu laqgha ma’ Angela Merkel biex jiddiskuti maghha l-krizi bla precedent tal-immigrazzjoni li bhalissa qed tiffaccja l-Ewropa.
George Clooney mar ahjar minn Simon Busuttil ghax biex iltaqa’ maghha kellu jkun f’kuridur waqt is-summit tal-partit tal-Popolari Ewropej li sar is-sena li ghaddiet. George Clooney kellu wkoll l-opportunita li jitkellem ma’ Merkel, dwar il-krizi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa waqt li Simon Busuttil hadha kontra l-gvern Malti talli l-Prim Ministru Muscat beda jitkellem dwar il-problema tal-immigrazzjoni sentejn ilu.
Wara dan ir-ritratt, il-PN kienu hargu stqarrija u qalu ‘Simon Busuttil f’laqgha ma’ Merkel’. Ma qalux li ltaqghu f’kuridur ghax kumbinazzjoni gew wicc imb’wicc.
Comments