
Theddid u pressjoni fuq esponenti tal-Labour biex ma toħroġx l-istorja dwar il-Palazz ta’ Beppe
Updated: Sep 21
Minn nhar it-Tlieta wara nofs in-nhar bdiet issir pressjoni fuq esponenti tal-Partit Laburista biex tinżamm lura storja dwar il-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami. Uffiċjali tal-Oppożizzjoni leali lejn Beppe Fenech Adami tkellmu ma’ Deputati tal-Gvern u uffiċjali tal-Partit Laburista biex jipperswaduhom ħalli l-istorja dwar Beppe Fenech Adami tibqa’ mistura.
Dan sar waqt li Daphne Caruana Galizia, it-Tlieta wara nofs in-nhar kienet qed tipprova tiddevja l-attenzjoni fuq Mario de Marco billi tgħid li One News għandu storja fuq il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament.
Sal-Erbgħa filgħodu meta kien ċar illi l-istorja dwar skandlu li fih hemm involut Beppe Fenech Adami w esponenti ewlenin tal-amministrazzjoni preċedenti, il-pressjoni inbidlet f’theddid meta uffiċjal tal-PN hedded uffiċjal tal-Partit Laburista bi tpattija fuq Deputati tal-Labour jekk One News jibqa’ għaddej bl-istorja dwar l-iskandlu tal-Palazz ta’ Beppe.
Evidenti li din il-pressjoni w it-theddid huwa intiż biex jintidima lil Partit Laburista. Dan speċjalment fid-dawl tal-fatt li Beppe Fenech Adami kien fuq quddiem nett ta’ kampanja politika qalila dwar governanza u għalhekk dak kollu li qal qiegħed jisfuma fix-xejn għaliex bid-dikjarazzjonijiet li għamel tefa’ lilu nnifsu f’kantuniera għaliex issa se jkollu jilgħaq dak kollu li qal.
Din l-istorja twaqqa’ dak kollu li qal Simon Busuttil illi wiegħed li se jnaqqaf il-politika meta d-Dar Ċentrali tiegħu hija maħmuġa tinten.
Comments