Times please note li l-PBS spiċċa għamel il-qliegħ mill-Eurovision
Updated: Sep 21
Wara l-plejtu li għamlet Carolina Muscat tat-Times of Malta, li bdiet kontroversja fuq Ira Losco minn ġurnata qabel il-festival, qed jirriżulta li mill Eurovision ta’ din is-sena il-PBS spiċċa għamel il-qliegħ.
Batsa tkażaw bil “budget bla limitu” u nel frattemp għadhom ma kkonfermawx kemm it-taxpayer qed iħallas għal times talk.
Il-PBS stabbilixxa li kien hemm żjieda ta’ 120% fuq is-snin ta’ qabel fid-dħul mir-reklamar u sponsors li emmnu fil-proġett fokaliżżat fuq il-kantanta Ira Losco, u din iż-żjieda sostanzjali nkisbet wara hafna snin, mingħajr rikors għall-fondi mogħtija mill-gvern bħala parti mill-Public Service Obligations (PSO).
Għaldaqstant dan id-dħul addizzjonali wassal biex il-PBS seta’ jesegwixxi l-politika tiegħu ta’ awto- finanzjament u awto sostenibilita’ b’hekk flok il-flus tat tax payer li tkażat bihom Caroline Muscat, intużaw flus minn sponsors.
Iżda t-taxpayer għadu qed joħrog mal
€
5,000 fix xahar biex naraw times talk. Tliet sensiliet se jkunu swew
€
250,000.
Comments