Tista tkun imhallas mit-Taxpayer u tghid kontra l-PM, basta mhux kontra l-PN
Updated: Sep 21
F’dan il-pajjiz il-Laburisti u min mhux Nazzjonalist m’ghandux dritt jitkellem specjalment jekk bhali, tinzerta tkun appuntat politikament biex isservi lil Prim Ministru tal-gurnata. Min hu appuntat politikament m’huwiex funzjonarju tal-istat u l-impieg tieghu jintemm meta l-Ministru jew fil-kaz tieghi il-Prim Ministru jtemm il-kariga tieghu. Il-kuntratti jkunu ghal perjodu ta’ sena b’sena.
Il-funzjonarji tal-istat huma dawk impjegati fis-servizz pubbliku, bhal Francesca Abela, First Secretary fid-Dipartiment International Development, Economic Affairs and EU Institutions fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin. L-ufficjali f’dan il-livell ikunu impjegati tas-servizz pubbliku.
Fil-jiem li ghaddew Francesca Abela haditha qatta bla habel kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat wara li kien intervistat minn crew ta’ programm televiziv Taljan Le Iene.
Il-First Secretary kitbet “Il-Prim Ministru ma jistax jghaddiha lixxa din id-darba, kemm hu vojt. Dawn affarijiet li ma jsirux. Jinsulenta lit-Taljani qisu qieghed ghand Cetta tal-Grocer. Mat-Taljani ghandna relazzjonijiet tajbin – aktarx l-aqwa, il-Prim Ministru ghandu jissalvagwardja dawn ir-relazzjonijiet flok jghajjar lit-Taljani. Hallieni bla kliem”.
Galadarba din il-funzjonarja tal-istat ikkritikat lil Prim Ministru u lil gvern, Mel Hart, Daphne u l-akkolti l-ohra ma raw xejn hazin. Li kieku ikkritikat lil Simon Busuttil jew lil PN ara kemm kienu jaghmly stejjer, Tweets, jitolbu rizenji u jikkwotaw dokumenti mahruga mill-gvern stess dwar l-uzu tas-social media ghall-impjegati tal-gvern.
.
Comments